Il-Gżira

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page
Gzira
Is-Subborg tal-Gżira

Din hi lokalità moderna li tinsab matul ix-xatt tal-port ta’ Marsamxett. Iġib l-isem tagħha minn gżira li tinsab f’nofs il-baħar ta’ Marsamxett – Manoel Island li kienet imsemmija wara l-Granmastru Manuel De Vilhena li bena l-Forti Manoel fl-1726.

L-arma Ċivika tas-subborg tal-Gżira mogħtija mill-A.R.T. Don Roberto II Paterno’ Ayerbe Aragona fl-1970 hi sfond tad-deheb b’erba’ faxxi dritti ħomor u kortissa kaħla minn rokna għalll-oħra (l-arma ta’ Aragona) in-naħa ta’ fuq xini sewda, in-naħa t’isfel delfin naturali, fuq kollox kuruna turrita. Il-motto hu ‘Recte Floreat’ (Twarrad bil-Ġustizzja).

Meta twaqqfu l-Kunsilli Lokali fl-1994, l-arma Ċivika tbidlet u llum għandha sfond ikħal u kortissa bajda minn rokna għall-oħra, xini lewn id deheb u delfin lewn id-deheb b’ilsien aħmar.

San Gorg

Triq San Ġorg            

F'nofs is-seklu dsatax, bdew jinbnew l-ewwel djar fil-Gżira mill-Kavallier Jacob Tagliaferro u eventwalment nies oħra għamlu l-istess. Fil-qalba ta’ dan is-subborg wieħed għadu jsib minn dawn id-djar antiki. Illum il-popolazzjoni hi madwar 8,000 u din iż-żieda fil-popolazzjoni tagħat lok għall-bini ġdid u modern.

toroq

Toroq Urbani

scape

Il-Gżira minn Manoel Island

by night

Xatt il-Gżira

gnien

Inżul ix-Xemx minn Ġnien tal-Ewropa