Il-Gżira

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

F’nofs is-seklu 19 l-ewwel djar bdew jinbnew mill-Kavallier Jacob Tagliaferro. Matul l-aħħar għaxar snin, biċċa l-kbira ta’ dawn id-djar antiki ġew imwaqqa’ u issa flokhom inbnew blokok lussużi ta’ flettijiet. Ħafna mill-karattru u mill-faxxinu tad-djar tal-frant tal-baħar intilef minħabba dan, għalkemm fit-toroq dojoq tal-villaġġ fil-qalba tal-Gżira wieħed għadu jista’ jsib eżempji ta’ faċċati Maltin, bil-gallariji ta’ l-injam u tal-ħadid maħdum. Il-proliferazzjoni ta’ flettijiet fil-Gżira wasslet għall-żieda fil-prezzijiet tad-djar, hekk kif il-belt saret imfittxija minn kemm maltin kif ukoll barranin. Ir-raġuni l-għala il-post huwa daqstant popolari hija li huwa jinsab fl-inħawi taċ-ċentru ta’ Malta, viċin kemm l-Universita’ ta’ Malta kif ukoll il-Belt Valletta. Industriji tas-servizz, prinċipalment mekkaniks tal-karozzi, ħwienet kummerċjali u servizzi edukattivi huma l-attivitajiet ewlenin tal-belt, iżda l-Gżira ser wisq probabbli tibqa’ l-gateway għal Tas-Sliema, l-eqreb belt tagħha.

Ir-rata kriminali fil-Gżira hija baxxa ħafna u l-belt mhix perikoluża hekk kif inhuma l-bqija ta’ Malta u Għawdex. Il-popolazzjoni tal-Gżira matul dawn l-aħħar snin baqgħet stabbli u hemm bejn wieħed u ieħor 7,086 abitant (Nov 2005). Il-Gżira saret parroċċa fi ħdan l-Arċidjoċiżi Kattolika Rumana ta’ Malta fl-1921, b’Dun Anton Manchè maħtur bħala l-ewwel kappillan. Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija dedikata lill-Madonna tal-Karmnu, u l-festa tagħha tiġi ċelebrata f’Lulju.

Manoel Island (fil-limiti tal-Gżira)

Manoel Island kienet oriġinarjament magħrufa bħala l'Isola del Vescovo jew il-Gżira tal-Isqof bil-Malti. Fl- 1643 Jean Paul Lascaris, Grandmastru tal-Kavallieri ta’ Malta, bena sptar kwarantina fuq din il-gzira (lazzaretto), biex jipprova jikkontrolla l-influss perjodiku tal-pesta u tal-kolera abbord vapuri visitaturi. Il-gżira kienet imsemmija mill-ġdid għal António Manoel de Vilhena, Gran Mastru Portugiż tal-Kavallieri ta’ Malta fejn taħtu nbniet il-Forti Manoel fl-1726. Il-Forti Manoel hija meqjusa meravilja fl-inġinerija militari tat-18-il seklu. Il-pjanijiet oriġinali għall-Forti huma attribwiti lil Louis d'Augbigne Tigné, u jingħad li kienu ġew immodifikati mill-ħabib u l-kollega tiegħu Charles F. de Mondion, li huwa midfun fi kripta taħt Forti Manoel. Darba minnhom, il-Kavallieri kkunsidraw jibnu belt imdawra bi swar fuq Forti Manoel, iżda minflok bnew forti maħsuba biex takkomoda sa 500 suldat. Il-Forti għandha kwadrangolu mannifiku, erja u vjal għall-parati, u darba kien hemm kappella barokka dedikata lil Sant’ Antnin ta’ Padova, taħt ordni dirett mill-Ordni. Matul it-tieni Gwerra Dinjija, Manoel Island u l-forti tagħha ġew użati bħala bażi navali mir-Royal Navy, u matul dan iż-żmien kienu jirreferu għaliha bħala "HMS Talbot" jew "HMS Phœnicia". Il-kappella ta’ Sant’ Antnin kienet ġiet meqruda b’bomba mill-Luftwaffe f’Marzu 1942.[1]

Għal bosta snin, Manoel Island ospitat santwarju gustus u informali għall-papri u għall-għasafar ta’ l-ilma, maħluq u mantnut minn voluntier lokali, u kofinanzjat mill-Kunsill Lokali tal-Gżira.

Fil-waqt li qed jinkiteb dan (Novembru 2006), il-forti storika għaddejja minn proġett ta’ restawr u rinnovament, u fuq Manoel Island għaddej żvilupp ġdid ta’ housing. Il-proġett ta’ żvilupp mill-ġdid ta’ Manoel Island, madankollu, ġie kritikat immensament minħabba li jinsab wisq qrib il-bini storiku importanti tal-Gżira.